Language of document :

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2018 minn CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-19 ta’ April 2018 fil-Kawża T-606/17, CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-415/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: CBA Spielapparate- und Restaurantbetriebs GmbH (rappreżentant: A. Schuster, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-10 ta’ Jannar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat, u ddeċidiet li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________