Language of document : ECLI:EU:F:2012:87

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIENI AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

20 ta’ Ġunju 2012

Kawża F‑64/11

Monica Westeren

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Ftehim bonarju dwar it-tilwima — Artikolu 69(1) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim tal-partijiet fuq inizjattiva tat-Tribunal — Tħassir tal-kawża”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu M. Westeren titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2011 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-ilment imressaq mir-rikorrenti fit-12 ta’ Novembru 2010, kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2010, kif ukoll il-kumpens għad-danni li hija allegatament ġarrbet minħabba l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.

Deċiżjoni:      Il-Kawża F-64/11, Westeren vs Il-Kummissjoni, hija mħassra mir-Reġistru tat-Tribunal. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali — Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 69)