Language of document : ECLI:EU:C:2019:1





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Jannar 2019 – Fluctus et

(Kawża C‑444/18)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Monopolju ta’ logħob tal-ażżard fi Stat Membru – Prattiki ta’ reklamar tal-monopolista – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u fuq ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domandi preliminari – Domandi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

(ara l-punti 16-23, 25-28, 30 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Styrie, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Lulju 2018, hija manifestament inammissibbli.