Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-102/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika mill-ġdid lir-rikorrent fil-grad AST5, skala 3 b’effett retroattiv.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;

jindika lill-konvenut l-effetti li joħloq dan l-annullament, jiġifieri, il-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu fil-grad D4, skala 8, mill-1 ta’ Mejju 2004, kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera tiegħu skont il-promozzjonijiet u ż-żidiet ta’ skala li jaffettwawh wara din id-data u l-ħlas ta’ kull arretrat possibbli ta’ remunerazzjoni;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.