Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2012 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-99/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex il-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni tagħha ma ssirx skont id-DĠI l-ġodda.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tat-13 ta’ Lulju 2011, hekk kif kienet ġiet ikkompletata fis-16 ta’ Awwissu 2011;

sa fejn hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad espressament l-ilment tar-rikorrenti tal-10 ta’ Frar 2012;

sussidjarjament, tirrikonoxxi d-dannu morali subit u tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 20 000;

tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.