Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ April 2018 – M. Güler vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

(Kawża C-257/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. Güler

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Domandi preliminari

Ċittadin Tork li daħal fis-suq regolari tal-impjieg ta’ Stat Membru, u li kiseb in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru mingħajr ma rrinunzja għan-nazzjonalità Torka tiegħu u li rrinunzja sussegwentement u b’mod volontarju għan-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru ospitanti u, b’dan il-mod, għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni, jista’ jinvoka l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 3/80 1 sabiex joħroġ mill-obbligu ta’ residenza previst mit-TW 2 ?

Fl-affermattiv, f’liema mument għandu dan iċ-ċittadin Tork jissodisfa l-kundizzjoni li huwa ma huwiex ċittadin tal-Unjoni sabiex jikseb drittijiet taħt l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 3/80: diġà fil-mument li fih huwa jitlaq mill-Istat Membru ospitanti jew biss iktar tard, meta l-benefiċċju li għandu jiġi esportat għandu jitħallas barra mill-pajjiż?

L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin Tork li, fil-mument tal-migrazzjoni ta’ ritorn tiegħu lejn it-Turkija, kien għad għandu n-nazzjonalità ta’ Stat Membru, iżda sussegwentement irrinunzja b’mod volontarju għal din, ma jistax jiġi mċaħħad, minn din id-data msemmija l-aħħar, mid-dritt għal benefiċċju speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja li huwa intiż sabiex jiggarantixxi dħul ugwali għall-minimu soċjali tal-Istat Membru kkonċernat għas-sempliċi raġuni li huwa jgħix fit-Turkija, anki jekk sal-mument tat-tluq mill-Istat Membru kkonċernat, huwa ma setax jitlob dan il-benefiċċju speċjali għaliex ma kienx jissodisfa, f’dak iż-żmien, il-kundizzjonijiet għall-għoti?

____________

1     Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u l-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983, C 110, p. 60).

2     Wet van 6 november 1986, houdende verlening van toeslagen tot het relevante sociaal minimum aan uitkeringsgerechtigden op grond van de Werkloosheidswet, de Ziektewet, de Algemene Arbeidsongeschiktheidswet, de Wet op de arbeidsongeschiktheidsverzekering en de Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen (toeslagenwet).