Language of document : ECLI:EU:C:2019:951


 


 



Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 – Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca et

(Kawża C569/19)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u regolamentari tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari – Inammissibbiltà manifesta”

1.      Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Talba li ma tipprovdi ebda informazzjoni fuq il-kuntest fattwali u leġiżlattiv u li ma tesponix ir-raġunijiet li jiġġustifikaw ir-rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà manifesta

(Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 53(2) u 94)

(ara l-punti 4 sa 10, 12, 13, u d-dispożittiv)

2.      Domandi preliminari – Evalwazzjoni tal-validità – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dritt primarju – Esklużjoni

(Artikolu 45(4) TFUE u l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2))

(ara l-punt 11)

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Potenza (il-Qorti Distrettwali ta’ Potenza, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2019, hija manifestament inammissibbli.