Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta' Settembru 2010 - AE vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-79/09)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut li tiġi rikonoxxuta l-oriġini professjonali ta' marda - Sensittività eċċessiva għall-kampi elettromanjetiċi)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AE (Muchamiel, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: rappreżentat inizjalment minn J. Currall u D. Martin, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta' Diċembru 2008, li waslet fis-16 ta' Jannar 2009, li tiċħad it-talba tar-rikorrent għar-rikonoxximent bħala marda minn fuq il-post tax-xogħol fis-sens tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-kundizzjoni li jbati minnha u, min-naħa l-oħra, sa fejn hu meħtieġ, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-11 ta' Ġunju 2009 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent. Talba għall-ħlas ta' EUR 12 000 bħala kumpens għad-danni morali subiti.

Dispożittiv

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lill-AE s-somma ta' EUR 2 000.

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, kwart tal-ispejjeż tar-rikorrent.

Ir-rikorrent għandu jbati tliet kwarti tal-ispejjeż tiegħu.

____________