Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Jannar 2020 – E vs Finanzamt N

(Kawża C-45/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: E

Konvenut: Finanzamt N

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 167 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li, fil-każijiet li fihom il-persuna taxxabbli jkollha, meta tingħata provvista, id-dritt li tagħżel l-allokazzjoni tagħha, teskludi d-dritt ta’ tnaqqis meta l-amministrazzjoni fiskali ma tkun tat ebda deċiżjoni ta’ allokazzjoni identifikabbli qabel l-iskadenza tat-terminu legali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ?

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tqis li fl-assenza ta’ indikazzjonijiet (suffiċjenti) ta’ allokazzjoni fil-patrimonju tal-impriża, provvista tkun allokata fil-patrimonju privat, jew li hemm preżunzjoni f’dan is-sens?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.