Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 – AX vs BĊE

(Kawżi magħquda F-7/11 u F-60/11) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Proċedura dixxiplinarja – Sospensjoni ta’ membru tal-persunal mingħajr tnaqqis tas-salarju bażiku tiegħu – Irtirar ta’ deċiżjoni – Drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Motivazzjoni – Raġunijiet ta’ deċiżjoni – Allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligi professjonali – Nuqqas gravi)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AX (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: fil-Kawża F-7/11, P. Embley u E. Carlini, aġenti, B. Wägenbaur, avukat, u, fil-Kawża F-60/11, P. Embley u M. López Torres, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

SuġġettServizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li permezz tagħha r-rikorrent ġie sospiż b’effett mill-5 ta’ Awwissu 2010 u għall-kumpens għad-danni morali subiti.DispożittivIr-rikorsi fil-Kawżi magħquda F-7/11 u F-60/11 huma miċħuda.AX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew.