Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża F-82/12) 1

(Servizz pubbliku – Persunal tal-BEI – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni ġdid tal-2007 – Illegalità tad-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell – Rifjut ta’ promozzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment BEI (rappreżentanti: G. Nuvoli u F. Martin, aġenti, A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba ta’ annullament tad-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell li tiċħad ir-rikors tar-rikorrent ippreżentat kontra r-riżultat tat-tieni evalwazzjoni globali tal-prestazzjoni tiegħu matul is-sena 2007.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-Bank Ewropew tal-Investiment tal-15 ta’ Frar 2012 hija annullata.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq il-konklużjonijiet li wasslu għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tas-sena 2007.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn C. De Nicola.

____________

1 ĠU C 319, 20/10/2012, p. 18.