Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta' Diċembru 2010 - Bleser vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-25/07) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Nomina - Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli - Artikoli 2 u 13 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta' transparenza - Prinċipju ta' korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg - Projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni minħabba l-età - Dmir ta' premura - Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba - Prinċipji ta' ċertezza legali u ta' nuqqas ta' retroattività- Regola ta' projbizzjoni tar-reformatio in pejus - Prinċipju ta' protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta' bona fide - Prinċipju patere legem quam ipse fecisti"

Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Bleser (Nittel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Goergen u M. Wehrheim, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment M. Schauss, aġent, sussegwentement A. V. Placco u M. Glaeser, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Annulament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tar-rikorrent, inkluż f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b'applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet inqas favorevoli tagħhom (Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 723/2004, li jemendaw ir-Regolamenti tal-Persunal) - Talba għal-kumpens għad-danni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 117, 26.05.2007, p. 36.