Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) - ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: American Express Co. vs The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury

(Kawża C-304/16) 1

Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) 2015/751 – Tariffi ta’ interkambju tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas permezz ta’ kard – Artikolu 1(5) – Assimilazzjoni ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ma’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet– Kundizzjonijiet – Ħruġ permezz ta’ skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet ta’ strumenti ta’ ħlas b’kard ‘flimkien ma’ sieħeb f’co-branding jew permezz ta’ aġent’ – Punt 18 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘skema kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet’ – Validità

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’:American Express Co.

Konvenut: The Lords Commissioners of Her Majesty’s Treasury

fil-preżenza ta’: Diners Club International Limited, MasterCard Europe SA

Dispożittiv

L-Artikolu 1(5) tar- Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ ftehim bejn sieħeb ta’ co-branding jew aġent, minn naħa, u skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ tliet partijiet, min-naħa l-oħra, ma huwiex neċessarju li dan is-sieħeb ta’ co-branding jew dan l-aġent jaġixxi bħala emittent, fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, sabiex l-imsemmija skema tkun ikkunsidrata bħala li toħroġ strumenti ta’ ħlas permezz ta’ kard ma’ sieħeb ta’ co-branding jew permezz ta’ aġent u sabiex tkun għalhekk ikkunsidrata bħala skema ta’ kards ta’ ħlas ta’ erba’ partijiet, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.

L-eżami tat-tieni domanda preliminari ma żvela l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 1(5) u tal-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2015/751.

____________

1     ĠU C 270, 25.7.2016