Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Poznaniu (il-Polonja) fil-15 ta’ Jannar 2019 – Corporis Sp. z o.o., stabbilita f’Bielsko-Biała vs Gefion Insurance A/S, stabbilita f’Kopenħagen

(Kawża C-25/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Poznaniu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corporis Sp. z o.o., stabbilita f’Bielsko-Biała

Konvenuta: Gefion Insurance A/S, stabbilita f’Kopenħagen

Domanda preliminari

L-Artikolu 152(1) u (2) tad-Direttiva 2009/138/KE 1 , moqri flimkien mal-Artikolu 151 ta’ din l-istess direttiva u l-premessa 8 tar-Regolament Nru 1393/2007 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rappreżentanza ta’ impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja mir-rappreżentant maħtur tinkludi r-riċezzjoni ta’ att promotur għal danni rigward inċident tat-traffiku?

____________

1 Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)) (ĠU 2009, L 335, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2016, L 262, p. 34, fil-ĠU 2014, L 219, p. 66).

2 Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU 2007, L 324, p. 79, rettifika fil-ĠU 2015, L 68, p. 91).