Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Lulju 2012 – AI vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża F-85/10) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Kompetizzjoni interna – Esklużjoni mill-kompetizzjoni insegwitu għar-riżultat miksub fl-ewwel eżami bil-miktub – Eżami mill-ġdid – Ugwaljanza fit-trattament – Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien determinat – Rikors għal annullament – Rikors għad-danni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AI (rappreżentanti: inizjalment M. Erniquin, avukat, sussegwentement M. Erniquin u L. N’Gapou, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. V. Placco, aġenti)SuġġettServizz pubbliku - Minn naħa, it-talba li jiġu annullati d-deliberazzjonijiet tal-Bord tal-Għażla rigward ir-riżultati tal-eżami bil-Franċiż tal-kompetizzjoni interna Nru CJ 12/09 u, sa fejn hemm bżonn, li jiġu annullati l-kuntratti u l-ħatriet tal-persuni li għaddew mill-imsemmija kompetizzjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, it-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti u t-talba għall-kumpens għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.AI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.