Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Stepien u Animali vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni nazzjonali – Proposti ta’ akkredizzjoni ta’ snin ta’ servizz – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Inammissibbiltà tar-rikors – Talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr ma jiġi ddibattut il-mertu – Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Beata Stepien (Brussell, il-Belġju) u Mario Animali (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, finalment J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Baquero Cruz u D. Martin, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fi ħdan il-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠE l-ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tal-partijiet rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Beata Stepien u Mario Animali għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 227, 28.7.2012, p. 38