Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-16 ta’ April 2019 – EUflight.de GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-345/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EUflight.de GmbH

Konvenuta: Eurowings GmbH

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5, 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġġieri li jkunu ttrasportati, permezz tat-titjira rriżervata, lejn id-destinazzjoni finali tagħhom siegħa qabel il-ħin ta’ tluq inizjalment skedat għandhom dritt għal kumpens fuq il-bażi ta’ applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament?

Dan il-kumpens jista’ jitnaqqas skont l-Artikolu 7(2) tal-imsemmi regolament, fid-dawl tad-distanza tat-titjira, jekk il-ħin tal-wasla jkollu ħin antiċipat ikbar mid-dewmien tal-wasla msemmi f’din id-dispożizzjoni u jkun ukoll jippreċedi l-ħin tal-wasla inizjalment skedat?

Il-possibbiltà li jitnaqqas il-kumpens hija eskluża jekk il-ħin tat-tluq tat-titjira jkun antiċipat meta mqabbel mal-ħin tat-tluq inizjalment skedat b’tul li jikkorrispondi għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 7(2) għad-dewmien (jiġifieri ta’ iktar minn sagħtejn, tliet sigħat jew erba’ sigħat)?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).