Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 – Praskevicius vs Il-Parlament

(Kawża F-81/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozjoni – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Punti ta’ mertu – Eżami komparattiv tal-merti – Motivazzjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vidas Praskevicius (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: V. Montebello-Demogeot u N. B. Rasmussen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AD6 abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u talba għall-kumpens għad-danni morali subiti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 301, 06.11.2010, p. 66