Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012 – Bermejo Garde vs KESE

(Kawża F-51/10) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Att li jikkawża preġudizzju – Interess ġuridiku – Rekwiżiti lingwistiċi – Awtorità kompetenti sabiex tadotta avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Uffiċċju tal-KESE)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Lernhart, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, it-talba għall-annullament tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti KESE Nru 43/09 sabiex timtela l-pożizzjoni ta’ direttur fid-Direttorat tal-Affarijiet Ġenerali, kif ukoll ta’ kull deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dan l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti. Min-naħa l-oħra, it-talba sabiex il-konvenut jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrent ammont għad-danni.

Dispożittiv tas-sentenza

L-avviż ta’ pożizzjoni vakanti Nru 43/09 ippubblikat sabiex timtela l-pożizzjoni ta’ direttur fid-Direttorat tal-Affarijiet Ġenerali tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa annullat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż imġarrba minn M. Bermejo Garde.

____________

1 ĠU C 246, 11.09.2011, p. 42.