Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fid-29 ta’ April 2019 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Hydro Energo

(Kawża C-340/19)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenuta: SIA Hydro Energo

Domanda preliminari

In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 1 , fil-verżjoni tagħha kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 1006/2011 tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2011 2 , għandha tiġi interpetata fis-sens li l-intestatura 7407 (vireg u profili tar-ram) tinkludi ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li l-ħxuna tagħhom hija ikbar minn wieħed minn għaxra tal-wisa’ u li ġew illaminati bis-sħana, iżda li fit-taqsima trasversali tagħhom fiha pori, ħofor u xquq irregolari?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

2 ĠU 2011, L 282, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2012, L 226, p. 8 u ĠU 2011, L 290, p. 6.