Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2013 – ZZ vs EACEA

(Kawża F-36/13)

Lingwa tal-kawża: Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni dwar ix-xoljiment tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent abbażi tal-Artikolu 47(ċ)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju tal-EACEA;

konsegwentement:

jintegra mill-ġdid lir-rikorrent fil-funzjonijiet tiegħu bis-seħħ mill-25 ta’ Ottubru 2012 u jikkundanna lill-EACEA għall-ħlas tar-remunerazzjoni tiegħu b’effett retroattiv;

jirtira d-deċiżjoni kkontestata mill-fajl personali tar-rikorrent kif ukoll kull dokument marbut ma’ din il-kawża;

jikkundanna lill-EACEA tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 000 bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab;

jikkundanna lil EACEA għall-ispejjeż.