Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Győri Ítélőtábla (l-Ungerija) fl-20 ta’ Diċembru 2019 – J.Z. vs OTP Jelzálogbank Zrt. et

(Kawża C-932/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J.Z.

Konvenuti: OTP Jelzálogbank Zrt., OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt.

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, f’kuntratt ta’ self konkluż ma’ konsumatur, tiddikjara nulla, ħlief fil-każ ta’ kundizzjoni kuntrattwali nnegozjata individwalment, il-klawżola li permezz tagħha l-istituzzjoni finanzjarja tiddeċiedi li tapplika l-prezz tal-bejgħ waqt ir-rilaxx tal-fondi intiżi għall-akkwist tal-beni li huwa s-suġġett tas-self jew tal-leasing finanzjarju, filwaqt li għar-rimbors japplika l-prezz tax-xiri jew kwalunkwe rata ta’ kambju oħra minn dik stabbilita meta tħallas is-self, u tissostitwixxi din il-klawżola nulla b’dispożizzjoni li tapplika r-rata ta’ kambju uffiċjali tal-Bank Nazzjonali tal-Ungerija għall-munita inkwistjoni kemm fir-rigward tal-iżborż kif ukoll tar-rimbors, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni jekk, fid-dawl tal-klawżoli kollha tal-kuntratt, din id-dispożizzjoni effettivament tipproteġix lill-konsumatur minn konsegwenzi partikolarment dannużi, u mingħajr ma tippermetti lill-konsumatur jesprimi l-fehma tiegħu dwar jekk għandux l-intenzjoni jibbenefika mill-protezzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.