Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta' Settembru 2011 - Nastvogel vs Il-Kunsill

(Kawża F-4/10) 1

(Servizz pubbliku - Evalwazzjoni - Rapporti ta' evalwazzjoni - Opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti - Deterjorament tal-evalwazzjonijiet analitiċi - Djalogu bejn il-persuna evalwata u l-evalwatur - Konsultazzjoni ta' diversi superjuri ġerarkiċi - Għarfien tax-xogħol tal-persuna evalwata mit-tieni evalwatur - Motivazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Nastvogel (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta' evalwazzjoni għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-31 ta' Diċembru 2007.

Dispożittiv

Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' C. Nastvogel stabbilit għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2006 sal-31 ta' Diċembru 2007 huwa annullat.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 63, 13.03.2010, p. 54.