Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Lulju 2019 – Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V. vs Telefonica Germany GmbH & Co.OHG

(Kawża C-539/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände - Verbraucherzentrale Bundesverband e.V.

Konvenuta: Telefonica Germany GmbH & Co.OHG

Domanda preliminari

L-Artikolu 6a u l-Artikolu 6e(3) tar-Regolament Nru 531/2012 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, mill-15 ta’ Ġunju 2017, il-fornituri ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli għandhom jaqilbu awtomatikament lill-klijienti kollha lejn it-tariffa rregolata skont l-Artikolu 6a ta’ dan ir-regolament, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk dawn il-klijenti kinux jibbenefikaw sa dik id-data minn tariffa rregolata jew minn waħda tariffa roaming speċjali, hekk imsejħa tariffa roaming alternattiva?

____________

1 Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjon (ĠU 2012, L 172, p. 10), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) 2015/2120 (ĠU 2015, L 310, p. 1)..