Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-6 ta’ Mejju 2019 – Telecom Italia SpA et vs Roma Capitale et

(Kawża C-368/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Vodafone Italia SpA, Lindam Srl

Konvenuti: Roma Capitale, Regione Lazio, Vodafone Italia SpA, Telecom Italia SpA, Wind Tre SpA, Wind Telecomunicazioni SpA

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik fl-Artikolu 8(6) tal-Liġi Nru 36 tat-22 ta’ Frar 2001) interpretata u applikata fis-sens li tippermetti lid-diversi amministrazzjonijiet lokali li jistabbilixxu kriterji ta’ fejn jitpoġġew impjanti ta’ telefonija mobbli, anki espressi taħt forma ta’ projbizzjoni, bħall-projbizzjoni li jiġu installati antenni f’żoni partikolari jew f’distanza partikolari minn bini li jaqa’ taħt ċerta kategorija?

____________