Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 – Honnefelder vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/11) 1

(Servizz Pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Annullament ta’ deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla ta’ kompetizzjoni – Eżekuzzjoni ta’ res judicata – Prinċipju ta’ legalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità diretta kontra deċiżjoni li tinfetaħ mill-ġdid proċedura ta’ kompetizzjoni ġenerali)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stephanie Honnefelder (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Bode, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, avukat)

Suġġett

Servizz pubbliku - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.S. Honnefelder għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha stess.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż sostnuti minn S. Honnefelder.