Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta' Ottubru 2008 - Barbin vs Il-Parlament

(Kawża F-81/07)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni tal-2006- Eżami komparattiv tal-meriti )

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti, u sussegwentement C. Burgos, A. Lukošiūtė u R. Ignătescu, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 12 fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2006 li ma tippromwovix lil F. Barbin fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006 hija annullata.

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 247, 20.10.2007, p. 43.