Language of document : ECLI:EU:C:2018:262

Kawża C645/16

Conseils et mise en relations (CMR) SARL

vs

Demeures terre et tradition SARL

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour de cassation (Franza))

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Direttiva 86/653/KEE – Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali – Artikolu 17 – Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad‑19 ta’ April 2018

Moviment liberu tal-persuni – Libertà ta’ stabbiliment – Aġenti kummerċjali indipendenti – Direttiva 86/653 – Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt – Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt – Inammissibbiltà

(Direttiva tal-Kunsill 86/653, Artikolu 17)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat‑18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li dan l-artikolu jipprevedi rispettivament fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, huma applikabbli meta din it-terminazzjoni sseħħ matul il-perijodu ta’ prova stipulat minn dan il-kuntratt.

Issa, l-interpretazzjoni li l-ebda indennizz ma għandu jkun dovut fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali matul il-perijodu ta’ prova ma hijiex kompatibbli man-natura imperattiva tas-sistema stabbilita bl-Artikolu 17 tad-Direttiva 86/653.

(ara l-punti 36, 38 u d-dispożittiv)