Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2009 - Nikolchov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-94/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Vladimir Nikolchov (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Lemal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tad-29 ta' Lulju 2009 li tirrifjuta l-għoti tal-allowances ta' kuljum lir-rikorrent, wara li ġie impjegat bħala uffiċjal bi prova fis-16 ta' Jannar 2009.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara li dan ir-rikors huwa ammissibbli fil-forma;

tiddikjara li kien hemm ksur tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' April 2004, li tirrigwarda dispożizzjonijiet ġenerali ta' implementazzjoni relattivi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 7(3);

konsegwentement, tordna l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra (Nru R/9/09) tad-29 ta' Lulju 2009, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti li jitlob l-għoti tal-allowances ta' kuljum abbażi tat-tieni dħul fis-servizz tiegħu, b'mod konformi mat-tieni inċiż tal-Artikolu 10(2)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tordna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent l-allowances ta' kuljum dovuti sal-ammont ta' EUR 10 979.43, jew kwalunkwe ammont ieħor stabbilit mit-Tribunal, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tal-preżentata tal-ilment sad-data tal-ħlas;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________