Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Mejju 2019 – VG Bild-Kunst vs Stiftung Preußischer Kulturbesitz

(Kawża C-392/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti għal reviżjoni: VG Bild-Kunst

Konvenut għal reviżjoni: Stiftung Preußischer Kulturbesitz

Domanda preliminari

L-inkorporazzjoni, permezz tat-teknika msejħa “Framing”, fis-sit internet ta’ terz, ta’ xogħol disponibbli, bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet, fuq sit internet liberament aċċessibbli, tikkostitwixxi komunikazzjoni tax-xogħol lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 1 jekk din l-inkorporazzjoni tevita miżuri ta’ protezzjoni kontra l-framing adottati jew imposti mid-detentur tad-drittijiet?

____________

1         Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).