Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-20 ta’ Frar 2019 – B. M. O. vs État belge

(Kawża C-137/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: B. M. O.

Konvenut: État belge

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja 1 , jekk ikun il-każ moqri flimkien mal-Artikolu 16(1) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li sabiex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jiġu kklassifikati bħala “tfal minuri” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandhom ikunu “minuri” mhux biss fil-mument tat-tressiq tal-applikazzjoni għal residenza iżda wkoll fil-mument li fih l-amministrazzjoni tiddeċiedi, in fine, dwar din l-applikazzjoni?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.