Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 taʼ Marzu 2013 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-23/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tittrażmetti l-kalkolu definittiv tas-snin tas-servizz għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom miksuba qabel ma daħlu fis-servizz tal-Kummissjoni;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti tagħhom sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u ta’ rati ta’ ħlas fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.