Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2014 – Morgan vs UASI

(Kawża F-26/13) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Evalwazzjoni – Rapport ta’ evalwazzjoni – Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rhys Morgan (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Faedo, aġent, sussegwentement M. Paolacci, aġent)Suġġett tal-kawżaTalba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu bejn l-1 ta’ Ottubru 2010 u t-30 ta’ Settembru 2011 u t-talba għad-danni.Dispożittiv tas-sentenzaIr-rikors huwa miċħud.R. Morgan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).