Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta' Settembru 2011 - Allen vs Il Kummissjoni

(Kawża F-23/10) 1

(Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Mard serju - Artikolu 72 tar-Regolamenti tal-Persunal - Estensjoni tal-kopertura kontra r-riskji ta' mard taħt l-Iskema Komuni ta' Assigurazzjoni għas-Saħħa - Kriterju bbażat fuq in-nuqqas ta' kopertura minn skema oħra)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Finola Allen (Armação de Pera, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal rikonoxximent ta' mard serju.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tat-30 ta' Ġunju 2009, tas-17 ta' Lulju 2009 u tas-7 ta' Jannar 2010, li permezz tagħhom il-Kummissjoni rrifjutat li tirrikonoxxi li F. Allen kienet issofri minn marda serja u rrifjutat li testendi l-kopertura kontra riskji ta' mard tagħha, huma annullati.

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010, p. 58.