Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Novembru 2009 - U vs Il-Parlament

(Kawża F-92/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: U (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u A. Salerno, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li jitkeċċa r-rikorrent, kif ukoll kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tas-6 ta' Lulju 2009, li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ddeċidiet li tkeċċi lir-rikorrent b'effett mill-1 ta' Settembru 2008;

jordna kumpens għad-dannu morali subit, evalwat bħala EUR 15000, mingħajr preġudizzju għal bidla matul il-proċeduri;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.

____________