Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-17 ta’ Diċembru 2018 – Stichting Schoonzicht, parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-791/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Schoonzicht

Parti oħra fil-proċedura: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

L-Artikoli 184 sa 187 tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006 1 jipprekludu skema nazzjonali ta’ aġġustament relatata ma’ investimenti li jipprevedu aġġustament mifrux fuq numru ta’ snin, fejn, fis-sena li matulha l-investiment jintuża għall-ewwel darba (li jikkorrispondi wkoll għall-ewwel sena ta’ aġġustament), it-tnaqqis inizjali kollu għal dan l-investiment ikun suġġett għal regolarizzazzjoni (aġġustament) ta’ darba, jekk meta dan l-investiment jintuża għall-ewwel darba, ikun jidher li dan it-tnaqqis inizjali ma jikkorrispondix mat-tnaqqis li l-persuna taxxabbli hija intitolata tapplika fuq il-bażi tal-użu effettiv tal-investiment?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 189(b) jew (ċ) tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regolarizzazzjoni ta’ darba fl-ewwel sena tal-perijodu ta’ aġġustament tat-tnaqqis inizjali, li hemm referenza għaliha fl-ewwel domanda, tikkostitwixxi miżura li tista’ tiġi adottata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 187 tad-Direttiva dwar il-VAT tal-2006?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).