Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2019 – CT vs VINI GmbH

(Kawża C-805/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Salzburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CT

Konvenuta: VINI GmbH

Domanda preliminari

L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 10(2) tal-Urlaubsgesetz (il-Liġi Awstrijaka dwar il-Leave Annwali, l-“UrlG”), skont liema pagament minflok leave annwali fir-rigward tas-sena ta’ xogħol kurrenti (tal-aħħar sena ta’ xogħol) ma huwiex dovut fil-każ li l-ħaddiem jirriżenja qabel iż-żmien, ma hijiex applikabbli?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.