Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d'appel de Bruxelles (il-Belġju) fl-24 ta’ April 2019 – DA vs Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa), ir-Rumanija, Eurocontrol - L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru – u FC, SC European Food SA, SC Starmill SRL, SC Multipack SRL vs Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa), ir-Rumanija, DA, Eurocontrol - l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru

(Kawża C-333/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DA

Konvenuti: Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa), ir-Rumanija, Eurocontrol - l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru

Partijiet oħra: Il-Kummissjoni Ewropea, FC, SC European Food SA, SC Starmill SRL, SC Multipack SRL

Rikorrenti: FC, SC European Food SA, SC Starmill SRL, SC Multipack SRL

Konvenuti: Romanian Air Traffic Services Administration (Romatsa), ir-Rumanija, DA, Eurocontrol – l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru

Parti oħra: Il-Kummissjoni Ewropea

Domandi preliminari

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1470 tat-30 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) 1 għandha tiġi miftiehma bħala li tikkonċerna pagamenti dovuti mir-Rumanija anki fil-każ li fih il-pagamenti jiġu rkuprati mingħandha wara proċedura ta’ eżekuzzjoni furzata tas-sentenza arbitrali ICSID tal-11 ta’ Diċembru 2013, mibdija quddiem il-qrati ta’ Stat Membru li ma huwiex ir-Rumanija?

Id-dritt tal-Unjoni fih innifsu u ex officio jirrikjedi li l-qorti ta’ Stat Membru (li ma huwiex ir-Rumanija), adita b’rikors kontra proċedura ta’ eżekuzzjoni furzata ta’ sentenza arbitrali ICSID li għandha l-awtorità ta’ res judicata skont ir-regoli tal-proċedura nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, twarrab dik is-sentenza, sempliċiment minħabba l-fatt li deċiżjoni mhux definittiva tal-Kummissjoni Ewropea adottata wara s-sentenza tqis li din l-eżekuzzjoni forzata tas-sentenza tmur kontra s-sistema Ewropea tal-għanjuna mill-Istat ?

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ koperazzjoni leali jew il-prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata, jippermetti li qorti nazzjonali ta’ Stat Membru (li ma huwiex ir-Rumanija) ma tosservax l-obbligi internazzjonali tagħhom naxxenti mill-Konvenzjoni ICSID f’każ li l-Kummissjoni Ewropea tadotta deċiżjoni wara s-sentenza, li tqis li l-eżekuzzjoni forzata tas-sentenza tmur kontra s-sistema Ewropea tal-għanjuna mill-Istat u dan anki jekk il-Kummissjoni Ewropea pparteċipat fil-proċedura ta’ arbitraġġ (inkluż fir-rikors għal annullament kontra s-sentenza) u sostniet il-motivi tagħha marbuta mas-sistema Ewropea tal-għajnuna mill-Istat ?

____________

1     Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1470 tat-30 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) et seq implimentata mir-Rumanija — Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ Micula vs ir-Rumanija tal-11 ta’ Diċembru 2013 (notifikata bid-dokument C(2015) 2112) (ĠU 2015, L 232, p. 43).