Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2018 – Dr. Willmar Schwabe GmbH & Co.KG vs Queisser Pharma GmbH & Co. KG

(Kawża C-524/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dr. Willmar Schwabe GmbH & Co. KG

Konvenuta: Queisser Pharma GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

Fis-sens tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1924/2006 1 , referenza għall-benefiċċji ġenerali, mhux speċifiċi, għall-istat tas-saħħa hija diġà “akkumpanjata” b’allegazzjonijiet ta’ saħħa speċifiċi, b’mod konformi mal-listi previsti fl-Artikolu 13 jew 14 tal-imsemmi regolament, meta din ir-referenza tkun tinsab fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ imballaġġ u l-indikazzjonijiet awtorizzati jkunu jinsabu fuq in-naħa ta’ wara tal-imballaġġ u f’kundizzjonijiet li fihom ma hemmx dubju, f’għajnejn il-pubbliku, li l-kontenut ta’ dawn l-indikazzjonijiet jirrigwarda r-referenza, iżda fejn din tal-aħħar ma tkunx tinkludi marka ta’ riferiment ċara, bħal asterisk, għall-indikazzjonijiet li jinsabu fuq in-naħa ta’ wara tal-imballaġġ?

Għandu jkun hemm provi, fis-sens tal-Artikoli 5(1)(a), u 6(1) tar-Regolament Nru 1924/2006, ukoll f’dak li jikkonċerna r-referenzi għall-benefiċċji ġenerali, mhux speċifiċi, fis-sens tal-Artikolu 10(3) tal-imsemmi regolament?

____________

1     Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU 2006, L 404, p. 9 u rettifika fil-ĠU 2007, L 12, p. 3).