Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2011 – AD vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-46/10) 1
(Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AD (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jingħatax l-allowance tad-dar peress li r-rikorrent u s-sieħeb tiegħu għandhom aċċess għal żwieġ ċivili fi Stat Membru.
Dispożittiv
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż kollha.
____________1 ĠU C 246, 11.09.2010, p. 41.