Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Potsdam (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2019 – Möbel Kraft GmbH & Co. KG vs ML

(Kawża C-529/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Potsdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Möbel Kraft GmbH & Co. KG

Konvenut: ML

Domandi preliminari

Id-dritt ta’ rtirar taħt l-Artikolu 16(c) tad-Direttiva dwar drittijiet tal-konsumatur 1 huwa eskluż ukoll fejn l-oġġetti jsiru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur, iżda fejn il-bejjiegħ ikun għadu ma bediex bil-produzzjoni tal-oġġetti u meta l-aġġustamenti għand il-konsumatur ikunu ser isiru mill-bejjiegħ innifsu, mhux permezz ta’ terz? Huwa rilevanti l-punt dwar jekk huwiex possibbli li l-oġġetti jitqieħdu lura fl-istat li fih kienu jinsabu qabel l-individwalizzazzjoni bi spejjeż baxxi għal żarmar, bħal, pereżempju, madwar 5 fil-mija tal-valur tal-oġġetti?

____________

1     Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011 L 304, p. 64).