Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-22 ta’ Ottubru 2019 – A.B. u B.B. vs Personal Exchange International Limited

(Kawża C-774/19)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A.B. u B.B.

Konvenuta: Personal Exchange International Limited

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies ukoll bħala kuntratt konkluż minn konsumatur ’l hinn minn negozju jew għal skopijiet li ma humiex relatati mal-attività professjonali tiegħu, kuntratt għal-logħob tal-poker fuq l-internet, konkluż mill-bogħod minn individwu ma’ operatur barrani ta’ logħob fuq l-internet u suġġett għall-kundizzjonijiet ġenerali determinati minn dan tal-aħħar jekk l-individwu għex għal bosta snin fuq id-dħul riċevut u l-qligħ mir-rebħ tal-partijiet fil-poker għalkemm ma kienx iddikjara uffiċjalment tali attività u lanqas ma joffri din l-attività fis-suq lil terzi bħala servizz bi ħlas?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).