Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2019 – Cinkciarz.pl vs EUIPO – MasterCard International (CKPL)

(Kawża T-92/19)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u K. Gajek, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MasterCard International, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva (CKPL) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 368 897

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2018 fil-Każ R 1060/2018-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-MasterCard International Incorporated għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71 (1) tar- Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1430, konġuntament mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

____________