Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Watford Employment Tribunal (ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – K et vs Tesco Stores Ltd
(Kawża C-624/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Watford Employment Tribunal (ir-Renju Unit)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: K et
Konvenuta: Tesco Stores Ltd
Domandi preliminari
L-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu effett dirett fil-każ ta’ talbiet għal kumpens imressqa fuq il-bażi li r-rikorrenti qegħdin iwettqu xogħol ta’ valur ugwali għal dak tal-ħaddiema li jwettqu xogħol paragunabbli għal tagħhom?
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun negattiva, it-test ta’ sors uniku għal paragunabbiltà fl-Artikolu 157 huwa distint mill-kwistjoni ta’ valur ugwali, u jekk dan ikun il-każ, dan it-test għandu effett dirett?
____________