Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-1 ta’ Lulju 2020 – GE Auto Service Leasing GMBH vs Tribunal Económico Administrativo Central

(Kawża C-294/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GE Auto Service Leasing GMBH

Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Central

Domandi preliminari

Huwa ammess li persuna taxxabbli, li wara li tkun intalbet ripetutament mill-amministrazzjoni tat-taxxa biex tistabbilixxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dritt għal rimbors, ma twettaqx dak li huwa mitlub mingħajr ebda ġustifikazzjoni raġonevoli u li, wara li r-rimbors ma jkunx ingħatalha, tipposponi l-produzzjoni ta’ dokumenti sakemm jintlaħaq l-istadju ta’reviżjoni jew ta’ proċedura ġudizzjarja?

Il-fatt li l-persuna taxxabbli ma tipprovdix l-informazzjoni neċessarja li tissustanzja d-dritt tagħha lill-amministrazzjoni tat-taxxa, meta kellha d-dritt tagħmel dan u meta kien meħtieġ minnha li tagħmel dan, u meta ma għamlitx dan mingħajr raġuni ġġustifikata, u meta għall-kuntrarju din l-informazzjoni tiġi pprovduta volontarjament iktar tard lill-organu ta’ reviżjoni jew lill-organu ġudizzjarju, jista’ jitqies bħala abbuż ta’ dritt?

Il-persuna taxxabbli mhux stabbilita, sew għaliex ma tkunx ipproduċiet fit-terminu u mingħajr ġustifikazzjoni raġonevoli l-informazzjoni rilevanti sabiex tistabbilixxi d-dritt tagħha għar-rimbors, jew inkella għaliex tkun aġixxiet b’mod abbużiv, titlef id-dritt tagħha għal rimbors ladarba jkun iddekorra t-terminu previst jew mogħti f’dan ir-rigward u l-amministrazzjoni tat-taxxa tkun tat deċiżjoni li tiċħad ir-rimbors?

____________