Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015 – CN vs Il-Parlament

(Kawża F-26/14)1

(Servizz pubbliku – Assistenti parlamentari akkreditati – Talba għal assistenza – Fastidju psikoloġiku)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CN (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrenti li tirrigwarda fastidju psikoloġiku.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tiċħad impliċitament it-talba għal assistenza ta’ CN tat-13 ta’ Frar 2013 hija annullata.

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tiċħad l-ilment ta’ CN tas-26 ta’ Awwissu 2013, hija annullata.Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CN is-somma ta’ EUR 48 785.29.Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn CN.