Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Selo Medical vs UASI – biosyn Arzneimittel (SELOGYN)

(Kawża T-173/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SELOGYN – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SELESYN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Rifjut ta’ reġistrazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Selo Medical GmbH (Unternberg, l-Awstrija) (rappreżentant: T. Schneider, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: biosyn Arzneimittel GmbH (Fellbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)SuġġettRikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2601/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn biosyn Arzneimittel GmbH u Selo Medical GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Selo Medical GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.