Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Awwissu 2019 – Openbaar Ministerie XD

(Kawża C-625/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: XD

Domanda preliminari

Prosekutur li jipparteċipa fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istat Membru ta’ ħruġ, li jaġixxi b’mod indipendenti fl-eżerċizzju ta’ dmirijiet inerenti għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u li ħareġ mandat ta’ arrest Ewropew, jista’ jiġi kklassifikat bħala awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI 1 jekk, fl-Istat emittenti, qabel id-deċiżjoni effettiva ta’ dan il-prosekutur li joħroġ mandat ta’ arrest Ewropew imħallef ikun evalwa l-kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u, b’mod partikolari, il-proporzjonalità tiegħu?

____________

1 Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p.  34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).