Language of document : ECLI:EU:F:2009:146

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLLIKU

(L-Ewwel Awla)

29 ta’ Ottubru 2009

Kawża F-94/08

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Eżekuzzjoni ta’ sentenza – Rimbors tal-ispejjeż – Intenzjoni tal-amministrazzjoni li tipproċedi għal żamma mill-allowance tal-invalidità tal-uffiċjal – Nuqqas ta’ att li jikkawża preġudizzju – Rikors għad-danni – Inammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KEEA, li permezz tiegħu L. Marcuccio essenzjalment jitlob l-annullament tan-nota tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Marzu 2008, li tinformah bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi għal żamma mill-allowance tal-invalidità tiegħu sabiex titħallas tal-ispejjeż sostnuti f’istanza preċedenti.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Ir‑rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Sommarju

Uffiċjali – Rikors – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Nota tal-amministrazzjoni li tinforma lill-persuna kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi għal żamma mill-allowance tal-invalidità tagħha – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Nota tal-amministrazzjoni li tinforma lil uffiċjal bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi għal żamma mill-allowance tal-invalidità tiegħu, fl-ipoteżi fejn huwa ma jressaqx quddiem il-qorti Komunitarja talba għall-intaxxar tal-ispejjeż li għalihom huwa ġie kkundannat fil-kuntest ta’ kawża preċedenti, ma tikkostitwixxix teħid ta’ pożizzjoni definittiva min-naħa tal-amministrazzjoni, u ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li affettwat direttament u immedjatament l-interessi tiegħu, billi biddlet, b’mod sinjifikattiv, is-sitwazzjoni legali tiegħu.

(ara l-punti 21 u 24)