Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Novembru 2012 – Ghiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-10/11) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni interna – Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni f’kompetizzjoni – Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà – Kunċett ta’ servizzi marbuta mal-Kummissjoni)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dorina Maria Ghiba (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Eggers u P. Pecho, aġenti, sussegwentement B. Eggers, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u J. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku - Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Għażla COM/INT/EU2/10/AD5 u COM/INT/EU2/AST3 li jiċħdu l-applikazzjonijiet tar-rikorrenti għar-raġuni li huma ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.D. M. Ghiba għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.